Tuesday, August 30, 2005

Waddab Guz

Nhar l-Erbgha 7 ta' Settembru ser issir il-launch tas-cd tal-Lumiere - il-grupp li okkupali l-attivitajiet extra-kurrikulari ghal dawn l-ahhar hames snin.

"It seemed like a good idea at the time" (ghax hekk jismu s-cd) inhoss li huwa xoghol importanti hafna fi hdan ix-xena rock Maltija kemm fil-kontenut muzikali (li ghalkemm okkazjonalment ifalli il-mira xorta jibqa interessanti) u kemm fil-produzzjoni tieghu. "It seemed....." huwa album doppju rrekordjat u prodott minnha stess minghajr l-ebda ghajnuna finanzjarja. Lanqas sold. Iffinanzjajnih kollu minn butna f'mument kritiku meta l-ebda membru ma jaffordja impenn ta'din ix-xorta u issawwar kollu kemm hu bejn weekends, il-granet rari meta stajna niehdu l-leave, u wara l-hin tax-xoghol - imsakkrin go kamra li wara xahrejn saret reminixxenti tas-sala cinematografika fejn Howard Hughes kellu breakdown kbir (kif propost f'Aviator ta'Scorcese) sa hinijiet li mal-umanita xejn m'ghandhom x'jaqsmu. Din l-istqarrija tista tigi nterpretata bhala strategija makakka ghal fini ta'simpatija sabiex inbieghu izjed albums - u probabbilment fl-ahhar mill-ahhar hekk hi kollha kemm hi.

Nittama li min minnkhom ghandu minimament ghal qalbu x-xena muzikali Maltija jindenja ruhu jiccekkja (ghallinqas ghal darba f'hajtu) miz-zobb huma dawn il-Lumiere ftit qabel jisfaxxaw minhabba ragunijiet li m'huma taht il-kontroll ta'hadd. Il-prezz tad-dhul huwa Lm2 (Lm7 jekk fi hsiebkhom tixtru ic-cd ukoll) u b'wicci minn quddiem nghid li niswew kull centezmu li ser thallsu. Jekk xi hadd ghad jindenja jiddokumenta l-istorja tar-Rock Made In Malta, mhux ser niddejjaq nghid li ftit li xejn hemm kandidati li jistghu jikkompetulna ghal dak li hi genwinita, impenn, professjonalita, attitudni u ezebizzjonijiet.

Ghal darba.....halluni nixrobha.

Nittama li narakhom il-Poxx Bar (St.Julians) fis-7 ta' Settembru.

Tuesday, August 23, 2005

Shabi bhas- Shab

Bhal daz-zmien sena bdejt naqra l-ewwel kapitlu mill maestuz "Earthly Powers" ta' Anthony Burgess - ktieb li b'misthija kbira jkolli nistqarr li ghad ma rnexxielix nispicca. Ragunijiet hemm bosta izda t-tkarkir huwa primarjament dovut ghal fatt li l-ktieb kien moghti lili mill-unika mara li qatt habbejt. Ma niftahx pagna li ma ninhakimx mill-ispirtu ta'Awissu 2004. Forsi tghidu bejnkhom u bejn ruhkhom gejja xi bloggata ohra minn dawk sentimentali minsuga mill-lirika li mal-hajja milbusa xejn m'ghandha x'taqsam. Forsi ghandkhom ragun ukoll. Ma nafx. Naf biss li llejla ftakart fl-ewwel kapitlu ta' "Earthly Powers". Kapitlu memorabbli li fih, Kenneth Toomey (il-protagonist) jammetti li minkejja li z-zwieg tieghu mac-cinizmu sawwar fih hdura nkallata, minkejja dan, ceru kliem kien ghad fadlilhom is-setgha jroghdulu saqajh sa ma jnisslulu demgha. Ghal Toomey, il-kelma li tholl u torbot hija "Faithful". Fedelta.

Fi kliem Toomey/Burgess: "Faithful, Faithful" I was ready to weep again, the word was so loaded. I remembered poor Winston Churchill, who, at about my present age, would weep at words like "greatness". It was called emotional liability, a disease of the senile.

Illum gie f'idi ritratt mehud ftit tax-xhur ilu. Ritratt tieghi, xurban, Rothmans ahmar f'idi l-leminija waqt li bix-xellugija nidher inhaddan wiehed minn shabi. Shabi. Hemm hi kelma li bhal "faithful" ghal Toomey u "greatness" ghal Churchill ghadha kapaci taghsarli demgha mill-fdalijiet ta'qalbi. U niftakar. Niftakar fi zmien mhux daqstant imbieghed fejn is-semplici vuci taghhom offrietli farag, u dellhom kien il-wens kollu li xtaqt u li ridt f'hajjti. U l-fallimenti kollha li kelli u li ghad ikolli ma setghu qatt ihassruni. Ma setghu qatt ikaghbruni. Ma setghu qatt jinfduni. Ghax kelli lilhom. Ghax fi hdanhom qatt ma hassejt il-bzonn kiefer li nahbi. Qatt ma hassejt gheruq il-misthija jsammruni mal-art. U qatt ma importa dak li m'ghidtx. Ghax dak li m'ghidtx qajla seta' jholl ir-rabta li tant xtaqt tjassarni ghal kumplament ta'zmieni. Hassejt dak kollu li ruh konfuza setghet qatt titlob li thoss. Hassejtni maghdur u hassejt li l-moghdrija taghhom setghet taghmel minni bniedem ahjar. Bniedem inqas egoist. Bniedem inqas egocentriku. Bniedem twajjeb.

U llejla shabi bhas shab.

Is-shab li jaf jaghti miljun sfumatura lix-xemx u elf wicc lill-qamar. Is-shab li jaf meta ghandu jifrex dellu fuq l-istilel fiddiena u jinduna meta jasal il waqt li jikxifhom sabiex ipaxxik bi gmiel li fl-ebbusija ta'rasek iccahhadt minnu. Bhas shab........li anke fl-ehxen swidija huwa mifqugh bil-hajja.

Bhas shab.....li mat-tqanqila ta'ziffa, lebbet il-boghod b'heffa li toqol riglejja ma setghu qatt joholmu li jilhqu.

Jigu granet meta s-shab nahsbu tant vicin li kwazi kwazi nittanta nohrog idi u b'subghajja nmellsu........

Shabi. Hemm hi kelma li tnissilli certa dieqa u tqanqalli demgha.

Tuesday, August 09, 2005

It-Tmiem ta'Monarkija

Il-Madunna Joe!!

Ara naqra. Isa..... igri huris barra t-tiqa. Il-madunna kemm hemm! It-triq invazuta.

Mar!! Mar!!

Ara uqghud ettent int u hierig!

Bhall-guvnott imsejjah ghal lieva, kontra qalbi fittixt l-armi ghal battalja. Il-flokk griz car tat-Tarkett li b'ghageb kbir izommni frisk f'dawn il-jiem ta'hedla, il-qalziet tal-linen imkemmex li ma jiflahx izjed ghal ezigenzi tieghi, bicca "sangwicc bit-tunn taz-zejt", tazza Orange li f'dan l-istagun jiehu post l-imqaddes te tal-iljun u l-baskett zghir li fih ingorr kollox minn siltiet letterarji improvvizzati sac-charger tal-mobile u is-cd tal-gurnata. Jien u infittex il-papocc taht is-sodda stajt nisma lill-missieri li issa inghaqad bi hgaru fit-tbarqim t'ommi. Xejn stramb kieku. F'dan il-mument sagrosant tal-gurnata, x-xjuh tieghi nilqaghhom bhall ma nilqa pillola tal-ugiegh taz-zaqq. Mario ftakar li trid thallas lill-mechanic, Mario itfa' ftit fwieha ghax tinten, Mario qaxxar dik id-daqna minn hemm ghax qisek bodbod. Izda dalghodu donnu li l-inkwizizzjoni harbet ghal btala. Imkahhlin mat-tieqa tas-salott sibt lill-ommi u missieri, halqhom miftuh jiccassaw il-barra - kien ilni ma narahom daqshekk vicin ta'xulxin. Sellimtilhom u terraqt lejn il-bieb ta' barra, Il-kurzita kilitni. Ridt niltaqa mal-fenomenu li dalghodu laqqa' l-igsma t'ommi u missieri fi profil li kien ilni ma nara xi sentejn.

"Attent min-nehel" nisma l-ommi tghid hekk kif griet mis-salott ghal kcina minn fejn l-ghaziz binha kien hiereg imnikket. Ostra ghadha hafifa ommi. Izjed minn nemes li kien irabbi missierha - In-Nannu Brakk - ragel sew li minnhom m'ghadhomx jaghmlu........u nizzi hajr lill-hanin Alla li fih ma nemminx, ommi ghandha hafna minnu.

Attent min-nehel? X'nehel huma? hekk kif ksirt haddejja ghal tbissima bikrija.

Hemm it-triq invazuta. Nehsib li harbu lill xi hadd ghax ghudni kif rajt wihid bil-bejta f'idu jippruva jigburum"

Ghajni miftuha ftaht il-bieb u l-erbgha, tlieta ta'Awissu ma baqax l-erbgha fost il-Gimgha.
L-erbgha tlieta t'Awissu rajt xena inkredibbli. Nahal mal-arblu tal-gvern, nahal fuq il-hwejjeg minxura, nahal mat-twieqi u nahal fuq is-soqfa tal-karozzi.....nahal......nahal....nahal....jittajru u jissabbtu qishom zerrieghha tal-gheneb mibzuqa minn halq kbir invizibbli. Ftakart fl-Egittu u l-ghaxar kastigi. Tghid ma jitfaccax xi hadd bid-demm tal-haruf halli jcallsu mal-bieb? .....mmmmm......imma dawk m'ghadhomx jigu mill-elezzjoni tas-86 l'hawn.

Is-sitwazzjoni kellha toghma apokalittika izda minn kliem iz-Zija Grace - li kienet kuragguza bizzejjed biex toqghod titpaxxa b'din ix-xena bibblika, ir-raguni kienet ohra. In-Nahla Regina hallietna. Ir-Renju ntilef.....u din ma kienet xejn ghajr dimostrazzjoni ta'luttu minn poplu mifni.
Ir-ragel fil-kappell tat-tiben resaq izjed vicin u gholla l-bejta f'idu. Mafkar xieraq ghall-biezla regina li b'ghaqal kbir mexxiet lill-haddiema taghha. U dawn tal-ahhar stejqru, u ntebhu li posthom kien hemm. M'hemm l-ebda tifkira isbah mit-tkattir tax-xoghol li l-mahbuba hakkiema kienet tqassam b'tant sengha. Il-hlewwa tal-ghasel tizboq il-mirra tat-telfa u wiehed wiehed u wahda wahda irritornaw lura lejn darhom, lura lejn xoghlhom, lura lejn dak kollu li ghamel minnhom Monarkija prosperuza u rispettata.

U min-nahal li rritornaw fil-kaxxa, qalbhom imnikkta izda spallithom wiesgha, hadt ezempju. B''wicc qalbieni u sider mimli startjajt il-Fiat u rhejtilha ghal Santa Venera.

Imbghad hsibt bejni u bejn ruhi - Imma dawn wara kollox......jaghmlu hajjithom jitbawzru ghal ghasel biex imbghad jigi xi poxt bil-kappell tat-tiben u jghasrilhom frott hidmiethom go vazett zghir li forsi jolqot iz-zewg liri. Phu ghar-regina.....phu ghal haddiema.

Gurnata kbira t-tlieta t'Awissu tas-sena elfejn u hamsa.