Day Of The Dead
Qatt ma bsart li kont ser nara xi haga simili.
Ghalkemm dejjem xtaqt, ikolli nammetti li qatt m'ghamiltha mad-dekadenza u l-vari kugini taghha.Bhat-toqba tas-serratura li minnha toghxa tara l-ohtok tinza' f'dik li tista minghajr ebda misthija tissejjah l-ewwel esperjenza sesswali, nhar is-Sibt sehhet epifanija. Il-Footloose - The Number One Fun Bar in Paceville offrieli dak li l-maqdes forma ta'bajda taqsam ir-rahal minn nofs qatt ma seta joffrili. Purtella miftuha berah fuq il-genna u l-infern - KONTEMPORANJAMENT!!
Gurnata tal-imgienen is-Sibt. Wara l-kuncert li tajna l-Farsons Great Beer Festival (li minkejja l-aspirazzjonijiet kbar ta'ismu huwa ftit izjed minn defile ta'-push chairs u nisa tad-dar insodisfatti jibilghu l-kebabs) kont qieghed inhossni xiber izjed sodisfatt biha nniffsi. Is-sound kien verament tajjeb u ghal darba l-udjenza ma tfixklitniex ma borza pizelli tal-friza. Fuq nota personali hassejt li tajt wirja tajba u kien hemm mumenti meta sahansitra gharraxt l-illuzjoni li l-udjenza kienet taht l-influwenza tieghi. F'kellmtejn hadt gost. U x'hemm isbah mill-Belt biex tikkumplimenta l-gost. Qattajna sa xi s-siegha w nofs ta' filghodu l-Bridge Bar immecilqu l-karawett u nerdghu l-flixkien tal-luminata waqt li zeffinna fin-nofs lill-kulhadd. L-Albanizi, Il-Liberjani, Il-Malta Jazz Festival, lill-Renzo, Ir-Russi, it-twiqi tal-aluminju, il-wirdien u ovvjament...L-avukati. Il-kumpanija ta'Sandro, Il-Galea u d-D hija tahlita beninja ta'sugu tal-hawh u acidu qerriedi bl-accent fuq l-acidu. Ghal kuntrarju tas-soltu fejn ta'spiss inkun l-ewwel wiehed li nibda naghti b'rasi nhar is-sibt kienet il-bella kumpanija li dehret maghdura.
Fuq mewga ta hena (u ghax NOBGHOD insuq wahdi) offrejt li nwassal lill-Sandro f'dak li mill-llum l'hemm ser nibqa nirreferei ghalih bhala s-subborg ta'Bugibba. Kienu xi s-saghtejn u fi triqti lejn id-dar kelli vizjoni. Paceville, hamallagni u s-sottoskritt f'kantuniera jmaxtar il-Whiskey, jidhak u jwebbes zobbu. Fis-saghtejn u nofs ordnajt l-ewwel JB. Ma nafx ghaliex izda bhall donnu l-birra m'hix bizejjed ghal Footloose. Il-Footloose ifakkarni fit-Titty Twister (bar leggendarju minn "From Dusk Till Dawn" ta Robert Rodriguez) - nisa shan izjed mill-magma ta'Pompei u firien bla grazzja lesti biex jilqghu dak kollu li l-mizbla twaddbilhom. Okkazjonalment tfigg xi fjura qalb ix-xewk li qaghdet tiehu l-battikata li tidher decenti. Tipo, dublett twil tal-linen, basket minsug mill-idejn, zebgha mpittra b'pinzell flok is-soltu "spray gun" u movimenti ritmici meqjusa- galassji l-boghod minn koreografija li tfakkarni f'kollaborazzjoni falluta bejn Heather Parisi u l-Incredibile Hulk. Is-Sibt kien hemm vibe izjed mis-soltu. Post imballat u igsma jizzegilgu ghal Alla u ghal Corporate Pop li okkazjonalment inessik ir-rieha ta'bewl taqsam hierga mil-loki tal-irgiel. Il-pjan kien li ninheba f'kantuniera u nahdimha tal-voyeur sa tlugh ix-xemx. It-tfajla Spanjola tizfen ftit metri l-boghod kien qisha qahba f'xalata. Iccaqlaq kull roqgha ta' gisimgha (kieku setghet anke widnejha kienet iccaqlaq) waqt li tittanta x-xemx ghadejja u tissimula s-sess ma kull proxxmu fortunat jew sfortunat bizzejjed li ghazel li jghaddi minn hdejha. It-tattika kienet din: Harsa fl-ghajn, strettament minghajr tbissima, tlabliba bl-Ispanjol, idejn itiru fl-arja u b'sengha kbira s-sorm jitla u jinsel waqt li jgharrax il-periferiji ta'Jeans issikat jew three quarters abjad. Okkazjonalment tintreda pero ma stajtx naghraf ezatt b'liema diskriminazzjoni kienet qieghdha taghmilha ghax l-ewwel klijent kien pjuttost gustuz waqt li t-tieni wiehed kellu l-forma mkissra minn Alla nnifsu. F'nofs dan ir-rit sa rajt il-qalzie ta taht taghha jtir f'nofs id-"dance floor". Impressjonanti. Xi zzobb jaghmlu bih Basic Instinct. Nahlef li kont qieghed nistenna esorcista jitfacca minn hin ghall iehor........forsi qieghed nilghabha daqsxejn tad-dejjaq issa ghax il-gost li kont qieghed niehu kien ilni ma ntoghmu xhur twal. Gost b'differenza. Il-gost pervers ta'lupu li minghalih sar naghga wara erbgha diskursati mqanqla taht qamar kwinta. Hassejt in-nejbiet jispuntaw u s-suf jidritta ghall-okkazzjoni. Kwazi hassejtni xxukkjat biha nnifsi. U izjed ma jikber ix-xokk dovut ghas-sejba mill-gdid tal-affinita tieghi ghal hammallagni....izjed il-gost jirvilla gol vini. Minn taht il-ghajn rajt lill-bahnan li kien ilu jipprova jghabbi volpi spanjola (ohra) xi siegh u nofs. Ikkalkulajt li kien diga nefaq mat-tminn liri f'xorb u fuqha minghajr ma mesah ilsienha. Hekk kif dawwar harsti lura insib lill-Basic Instinct ezatt ma wicci. F'kemm ilni nghidlek refghatli idi li dak il-hin kienet iggranfata ma'Red Bull, resqitha lejn halqha u harget bicca ta' lsien li ma jaghmilx ghajb lill-dak tas-Sur Boa Constrictor. Ilsienha, twil, ippuntat, baqa diehel dritt go halq il-flixkun waqt li ghajnejja xwewni mal-kantuniera li maghha serraht dahri. Wara din il-wirja qalbiena kelli sahansitra l-privilegg ta'encore. B'inkejja kbira dahlet subghajha f'halqha u wara li taqtet xi haga bl-ispanjol lir-qroqqa li kien hemm hdejha harget subghajha minn halqha u ghaddietu b'certa vjolenza minn fuq hadejja l-leminija. B'sorpriza kbira bqajt ferm kompost waqt dan il-mument drammatiku u b'kalma kbira hadtilha d-drink li kien ghadha kif gabitilha r-qroqqa. Budweiser mifqugh bil-Vodka. Legligtilha nofsu u f'kemm ilni nghidlek m'ergajtx rajt ilsienha. Izda l-inviti ghad dekadenza gon-number one fun bar ma waqfux. U jien hemm bqajt imsahhar, affaxxinat, sas-sitta ta'filghodu. Hekk kif battal il-hdax il-lira l-bahnan irnexxielu jolqot il-likk.
F'xi s-sitta u kwart hrigt minn hemm. Mghaggeb bid-differenza, bl-energija, bin-nuqqas ta' inibizzjonijiet. Hlift li qatt izjed ma kont ser nara xenarju izjed annimalesk minn hekk hlief forsi f'kaz ta' gwerra nukleari jew ir-ritorn tal-"Vibes" kif konna nafuh fil-bidu tad-disghinijiet.
Gharrali.
Fid-dawl tax-xemx li kienet diga telghet. Rajt merhliet ta'zaghzagh....anzi....tfal........ minn kull rokna tal-Ewropa, mitluqin ma l-art, min jidhak, min jibki, min jaqla' izda kollha kemm huma b'nofs hwejghom imnezzghin jew inkallati. Mixhuta hemm qalb munzelli ta'fliexken, bottijiet u karti, taht dawl neon li fis-sakra ma ndunax li l-lejl kien ilu li dabbar rasu. Fi triqti lejn il-karozza nilmah zewg sakranazzi ta'eta avvanzata ikaxkru gisimhom ghal tul it-triq f'moviment (jew nuqqas tieghu) imnebbah miz-Zombies ta' Romero. Ostja proprja "Day Of The Living Dead" ghidt bejni u bejn ruhi. Paceville il-hadd filghodu huwa l-eqreb li wiehed jista jasal ghal Malta post-apokalittika.
Jekk qatt ma kontu xhiedha ta'dak li qieghed nirrakkonta titilfux hin u araw b'ghajnejkhom stess. Forsi tiddarsu, forsi tiddejqu, forsi tishtu......izda hemm cans wkoll li tibqghu affaxxinati u aghar minn hekk - hemm cans tiehdu gost.
Minkejja r-rivoluzzjonijiet edukattivi, r-rivoluzzjonijiet xjentifici, r-rivoluzzjonijiet Industrijali u kull forma ta rivoluzzjoni li giet u ghad trid tigi.................Il-bhima hemm ser tibqa'. Tonfoh fuq ix-xwiek, mgewwha, herqana ghal bukkun li bi dritt kellu jkun taghha.

