Wednesday, June 29, 2005

Hobb l-ghajrek daqsxejn inqas milli thobb lilek inniffsek

Ir-riabilitazzjoni tas-Sur Mario ghodda waslet fi tmiema.

Wara zelqa fin-nixfa tal-imhabba passiggiera, l-harba mill-impjieg u t-tmiem tar-recording tal-"magnum opus" tal-Lumiere kien imiss lilhom. Snieni u xuxti - li ghal dawn l-ahhar sitt xhur kienu zdingati izjed minn novella ta'Burgess li suppost lestejt naqra s-sena l-ohra. Ghaldaqstant is-Sibt li ghadda ghamilt appuntament mal-hairdresser Awstraljana li xxejjer l-imqass fil-"basement" privat taghha xi zewg blokki l-boghod minn Triq Vitale. Ghadha helwa mnejjka. Minkejja b'dispjacir nnutajt li sormha donnu qabad t-triq li twasslek ghal warrani Malti, il-geddum kwadru a la Sophie Ellis Baxter ghadu jirbahni. Ghandi relazzjoni stramba hafna ma din il-proxxmu. Ghal xi raguni dejjem nispiccaw nifflertjaw bla misthija. Forsi l-fatt li hi taghtini attenzjoni ndividwali meta tqarwizli xaghri jghin. Xi xhur ilu sahansitra hrigna niehdu Pizza flimkien. Kien perjodu daqsxejn imcajpar ghall-Awstraljana. Kienet qieghdha thossha fgata mill-mahbub taghha li bejn trinka ghal 'conduit' u bozza tal-40W kien ta'spiss ihuf fl-akkwati taghha sabiex jaccerta ruhu li l-qrajjen ghadhom ma spuntawx. Niftakarni nispicca l-appartament taghha f'xi t-tlieta ta' filghodu. Niftakarha taghmilli bela' te verament hazina u l-kanal ta'sormha jsellimli hekk kif tbaxxiet sabiex tilhaq l-ahhar cd ta'Jennife Lopez li xtrat minn fuq il-Monti. "I'm still I'm still Jenny from the Block!!!" Mario kellu jpoggi t-tazza lura fuq il-mejda. Mario kellu jinza l-qmis "pinstriped" u jarmiha warajh fl-akkwati tal-lampshade. Mario kellu jahtafha minn dahra u jigbidha lejn il-kilba kkoncentrata fuq xuftejh u bnadi ohra. Mario kellu jaghmel dan u hafna affarijiet ohra. Mario xorob it-te f'nifs wiehed, sellmilha u HARAB jigri l'barra Minn dakinhar l'hawn qtajt xaghri xi hames darbiet ohra. Il-possibilta li wara l-Cappriciosa nippruvaw il-Margerita qatt ma regghet issemmiet. Il-haga hi li fil-hanut tax-xaghar din it-tfajla tiehu dimensjoni ohra. Kull mossa, moviment u kelma minn fommha donnhom huma mfassla sabiex janimaw gisem mitluq wara t-tbahrida tal-Gimgha filghaxija (l-appuntamenti ghal xaghri dejjem habtu s-Sibt filghodu ghal habta tal-ghaxra) Fuq sfond mibdul, il-hlewwa ma hallietx it-toghma mixtieqa.

Din id-darba qtajtu qasir u tlabtha tkarkar idejha izjed mis-soltu waqt il-hasil tax-xaghar. Is-swaba jahdmu fuq il-qurrieghha jaghtuni pjacir ta' baghal. Harist fil-mera u approvajt. Ergajt intbaht li wara kollox kont "tifel" pjuttost gustuz. L-ghajnejn johorgu izjed meta naqta' xaghri qasir u qabel nibda nixrobha ha naqta' fil-qasir u nghidilkhom li spiccajt nixxemmex il-Mistra fil-kumpanija prezzjuza ta'Anita. Kien hemm qrempucu jismu Owen mitluf jilghab b'huta li qabditlu ommu, ilventa izjed minn serduk tal-kina. Owen nesa l-ballun fil-bahar u l-mewg beda jigbdu helu helu l-barra. Anita harbet tghum warajh. Mario baqa jixxemmex u nnota li zaqqu bdiet tinhall mill bjuda izda mhux mir-roti. Anita giet lura flimkien mal-ballun. Owen kien ghadu "jilghab" mal-huta. Anita qalet xi haga u harbitli dahka. Rajt wiccha jinbidel f'harsa qarsa u widnejja xeghlu hekk kif staqsietni: "Isma....kemm ilek ma tahsel snienek?" Tliet xhur kont pront wegibt hekk kif ergajt kxifthom ghal encore. Intfajt ghal tuli fuq ix-xugaman u ntlaqt ghal bewsa taz-ziffa u c-cafcif tal-mewg. Qabel ghalaqt ghajnejja harist lejn il-ktieb ta'Burgess li ghal darb'ohra safa maghluq bil-marker mwahhal fuq pagna 125.

"Illejla nahsel hasla snieni ghidt bejni u bejn ruhi"

Tuesday, June 21, 2005

Dwardu, l-imrietel u r-Rappers

Fi kliem il- moqziez president taghna, is-santita tieghu "Edward" Fenech Adami: "Il-Malti ghandu daqsxejn ta' krizi ta'identita"

L-ewwel impuls ihajrek taqbel ma din l-istqarrija, ovvja, skontata (biex nuza l-Maltjan li jifflagellawna bih l-istudenti tal-ligi)

U hekk kif ghoddni sturdejt mill-martellata ta' Dwardu, ftakart fir-rappers. L-uniku mizien li bih ghandha tikejjel l-identita Nazzjonali. Ir-Rappers li minn Detroit u Los Angeles xerrdu z-zerriegha (x'kumbinazzjoni hux!!!) taghhom fuq l-ghoxx niedi Ewropew sabiex issa nistghu ingawdu Rappers Parigini, Rappers min Nicosia, Rappers minn Liverpool (timmaginaw il-fish and chips tissostitwixxi l-Big Mac?), ohrajn minn Ruma (minn Gladjaturi ghal Rappers!! Fejn hu Darwin?) u sahansitra Rahal Gdid. Min hu dak il-falda li saq tractor u f'dadiegh anti-global inkaljah go l-ewwel Mc Donald's li sab? Ir-Rappers IGGLOBALIZZAWNA mhux l-ostja Happy Meals!!! Minn BMW sa Ford Fiesta sa Van tat-twelve passengers (tafu liema?) il- Black Eyed Peas ma jiehdux prigunieri. Ara "Don't Phunk With My Heart" aqalla.

Imghad ftakart ukoll fit-Taljani bil-glandoli jqattru ghal prezentaturi u zeffiena extra komunitari (basta ma ssemix Albanija) , l-ghajnejn ileqqu mal-hoss tal-lingwa Ingliza, l-imprenditur Ingliz sormu mimli bl-ahhar glekk ta' Versace u r-ristorant Taljan gdid li skopra fil-kwartieri ta' Leeds, Il-Parigini burgizi ossesjonati bil-Bongos, strumenti ritmici Afrikani u kull forma ta'dimostrazzjoni umanitarja li ttaffilhom mit-toqol tal-gheruq Burgizi taghhom. Il-Germanizi li nsew l-Iscnitzel Prima u fgaw fil-Kebabs Torok u f'accent Anglo-Amerikan tassew stramb.....imbghad hemm l-Ispanjoli imma dawk ghadhom joghxew bil-Corrida u l-Flamenco ghaldaqstant inhalluhom barra mis-somma ghalissa. Insomma......nahseb tlift il-fil ta' hsibijieti pero x'imkien ridt nishaq li minkejja t-tahlit tal-ingredjenti jafu joholqu froga jew babuljata, l-essenza xorta tibqa' ttoghma. Li ridt nghid fi ftit kliem huwa li ma nistax innizzel li l-Malti m'ghandux jew tilef l-identita tieghu meta anke jekk tkun trux u ghami, Malti xxommu minn seba mili l-boghod. Qatt ma kontu ghaddejjin Traflagar Square u smajtuhom. L-isturnell minn Birkirkara. Gol-irkejjen ta'Cologne....t-tellerit Xlukkajr. Ir-Ramblas ta'Barcellona.....ic-cawl mix-Xewkija. Kollha jistunaw flimkien, kullimkien fi shaba ta'caqciq li Thurston Moore ghad irid johlom li jivvinta.

Issa jekk intom skomdi bil-kwalitajiet li jidentifikawna dik bloggata ohra.

Izda din li l-Malti m'ghandux identita tistona daqs Rapper bla Choker.

F'gieh Alla Dward!!! Int li ghal meetings ikollok tattendi jmissek taf ahjar.

U ser nieqaf billi nipproponi li l-George Cross jitpartat ma flixkun Kinnie.

Fejn hu d-D halli jghid tieghu?

Kif naraha jien, id-dinja qieghda ssir hanzira wahda b'hafna ucuh.

Jekk tikkwotawni taf kemm nonfoh sidri!!

Friday, June 10, 2005

The Light at the end of the tunnel (part 2)

u dik ic-citazzjoni baqghet ma waslitx!!!!

izda qabel niddelirjaw b'din l-ahbar inutli hallini nirrakontalkom daqsxejn ta incident kurjuz.

Mela nkun rieqed is-Sibt li ghadda u nisma l-bieb ihabbat ghal habta tal-hdax (ta'filghodu). Kont qieghed inhossni iebes daqs iz-zonqor. Irragunajt li wisq probabbli kienet xi habiba t'ommi b'xi tqasqisa wisq inqas importanti mill-friex li kont imgezwer fih. Bqajt ma tniffistx u bdejt nghodd kemm ser idum biex jaqta' qalbu dan l-intruz/a.

Kien persistenti ghal Alla. Izjed min-nemus li jigu jigbru ghal fiera tal-festa.

Hekk kif wasalt fix-xifer li nigbed tnejn a la z-ziju Pawl nisma lill-Salvina tal-helu tghajjat:

"Hawn tal-pusta. Hawn tal-pusta!!!"

Kif smajt hekk tirt minn fuq is-saqqu, ilbist it-tlett kwarti tal-lejl ta'qabel, u bix-xaham joqmos fuq zaqqi irhejtilha ghal bieb ta'barra herqan li niffirma dik l-ittra rregistrata. fil-ftit sekondi li haditli l-girja minn kamarti ghal kuridur li jinfed Triq Vitale pruvajt nahseb min seta kien......Chiara l-Modeniza? Daniela t-Toriniza, Stefanie jew Petra (il-Germanizi) Fost babuljata internazzjonali ftaht il-bieb u tqanzaht biex inhares f'idejn il-pustier taht xemx tghammxek.

Minn gol-barzakka harget l-ittra ndurata bil-fantaziji tas-Sibt "filghodu"

Il-habib tieghi Ministeru Tat-Trasport Pubbliku rega' sejjahli.

Kellu bzonn ghaxar liri talli pparkjajt quddiem il-Kavallier ta' San Gakbu.

Saturday, June 04, 2005

Stefanie

Dalghodu irrealizzajt li ilna ma nisimghu lill-xulxin izjed minn xahar u nofs. Anke l-smses saru gholjin hafna.

Probabbli hemm xi hadd gdid.

Probabbli hija wisq ottimista

Zgur hemm xi hadd gdid.

Xi hadd li mhux ser joqghod isajjarlek meta tigi lura mkissra wara gurnata xoghol.
Xi hadd li ma jifhimx li meta tasal u tahrab dritt ghal kamra tal-banju jrid irazzan fommu ghax kellek gurnata hazina.
Xi hadd li ma jafx li thobb tigbed lejn ix-xellug tieghek meta torqod.
Xi hadd li ma jafx li ddur kemm iddur hwienet tal-hwejjeg xorta ser taqa' ghall-istess zewg kuluri. Vjola jew blu.
Xi hadd li ma jafx li int daqstant allergika ghat tewm u l-gdim tal-insetti.
Xi hadd li qatt m'hu ser jara l-gmiel t'ghajnejk jinfethu fis-sebgha ta' filghodu.
Xi hadd li qatt m'hu ser jaghraf is-seher ta'dik il-pyjama strixxi strixxi.
Xi hadd li jigi jitnejjek jekk joghgbokx Nick Cave jew le.
Xi hadd li ser jipprova jahxik minflok jiggusta haddejk ruxxana wara zewg tazzi nbid.
Xi hadd li JIFTAKAR GHELUQ SNINEK.

Skuzani....izda nsejt. Naf li f'Gunju ghax Gunju jahbat ezatt wara Mejju. Izda l-gurnata nsejtha........forsi l-gurnata ezatta mhux daqshekk importanti. Forsi wara kollox INT m'intix daqshekk importanti.

Naghraf li kollu ghalxejn

Izda ghadni nhobbok.

u ghadni nittama.....li x-xbieha li tant ftakart tintesa m'gheluq sninek.

Happy Birthday Stefanie.



Itfaghha lura fil-friza

........le........mhu qieghed nirreferi ghal ebda titlu arkivjat mill-Union Press. L-ebda gamra mill-munzell li l-partit tal-haddiema halla warajh fit-taqbida fjakka kontra l-"barrani". L-istess barrani li ghogbu jirfes hawn sabiex jilghaq x-xemx li spiss tbaqbqilna demmna, jitghammed fl-istess xtajta li jserrhulna l-borza tal-urina filwaqt li jikkontribwixxi ghal-unika industrija lokali u jtaffi mhux ftit ix-xewqat zienja tal-barri Malti li safa orfni mill-attenzjoni tal-baqra ta'Nerik*

u le.......mhux qieghed nirreferi ghal dik is-sottospeci ta lahma li okkazjonalment tigi klassifikata bhalha stejk fost it-tkazar ta' robbu canga jitqalleb mal-hwawar go tagen - tari, bieni....herqan ghall-istonku li ser jifdieh.

u iva.......qieghed nirreferi ghac-Chips. Mhux ghal kwalunkwe Chips. Ghac-Chips "ta veru" - Dawk li ma jgorrux il-htija ta' Mc Cain u xi ostju iehor li mela butu u l-frizi ta' generazzjoni mpenjata wisq biex titlef ghaxar minuti tqaxxar patata. U ahjar ma nibdewlix fuq il-patata tal-qoxra l-bajda ghax immut. Il-patata tal-qoxra l-bajda!!?? Kif ma tafux liema hi?

Dik!

Dik li x'hin terfaghha mic-"chip pan" issir hara izda fuq ilsienek tinbidel f'farag.

Ghadni kif hadt platt lill-Thom u Adrian li jinsabu mpenjati jirrekordjaw xi gitarri ghal album li mlielna dawn l-ahhar 3 xhur ta'hajjitna. Thom jghid li c-chips t'ommi m'hawnx bhalha. Jien nghid li McCain tronga u l-hamrija Maltija m'hawnx bhalha. Hu x'inhu, f'hames minuti belghuha. Kemm ilhaqt bilt bewla u sewwidt qalbi ghal faqar ta'vuci li ghandi u t-talenti li m'ghandix.

u xtaqt.......

xtaqt li kont kantant tajjeb

u xtaqt.......

xtaqt li kont kittieb bi storja

u xtaqt........

xtaqt platt chips iehor......MILL-PATATA TAL-QOXRA BAJDA



* Nerik Mizzi

Thursday, June 02, 2005

Kulhadd gharaf li Rimbaud kien Rabti

Mela kelli x-xorti npaxxi l-mohxija ghajnejja quddiem il-Blogg tal-kbir (fl-istatura) Sandro Zerafa.
Ambaxxatur ghal Jazz Malti f-Parigi, eks-abbonat tas-Sirkin u t-te bil-halib tal-bott li b'xi mod sab ruhu gewwa Belleville u (fenomenu stramb ghall-ahhar) taht l-istess beritta li ghamlet minn Rimbaud poeta leggendarju li qatt ma jien ser naqra.

Sandro!!!???

F'gieh dak is-sabih Alla!!! X'ghamilt b'idejk? It-tajn li titfa' lejn xtutna jaf isir deheb izda dak ir-ritratt ser tibqa tishtu sal-gurnata li pajjizna jwelled awtur/muzicista kbir.

Hallik mill-borgisija Parigina u l-malja inkaxxata li kexkxet generazzjoni (il-malja celesti li Pawlu Giordemaina kien "liebes" fl-akkwati tar-Riviera fl-1997 - li sfortunatament, taghha kelli nkun xhud).....u mur sajjar borma spaghetti bil-Cozze. Preferibbilment b'zaqqhek barra u bil-bajd ixxamplat taht boxers ikkulurit.

Gej bil-beritta ghal madunna.

Fil-Liberja m'hemmx arja kkundizzjonata

Marija Madunna

tant ghandi xi nghid li ma nafx minn fejn ser naqbad nibda. Harsa lejn il-kontribuzzjonijiet imprezzabli tal-eziljati gieghlitni incappas sormi ma dan is-siggu skomdu halli nitfa' xelin ghal kampanja prestiggjuza li diga offriet hafna lid-dezert letterarju Malti.

Il-bierah waqt li kont bilqieghda madwar mejda fl-istabbiliment il-gdid fejn qieghed naqla hobzi partatt xi kliem ma missier l-imghallem li bhall bosta xjuh irtirati jibqghu imekku fl-akkwati tax-xoghol. Il-virilita mhux bil-Viagra biss tixtriha.

Xwejjah pjuttost gustuz u lvent Romeo. Nimmagina li fi zmienu ma kienx jaghmel ghajb lill-ismu. B'sorpriza kbira l-ewwel diskursata mieghu marret ferm il'hinn mill-prezz tal-proprjeta, d-deterjorament taz-zwigjiet u l-barunijiet tad-druuuuga. Biex inkun ezatt kien Camara li heggeg fommna. Camara huwa mmigrant illegali Liberjan li sab missier putattiv f'Romeo. L-iben fustani ta Omm mill-Ivory Coast u missier Liberjan, Camara tilef lill-missieru f' konflitt imdemmi bejn dawn il-girien Afrikani (konflitt li qatt qabel ma smajt bih) Ghatxan ghal vendetta, Camara tharreg mal-militar u dlonk sab ruhu fuq fil-kamp ta'battalja. Zmien il-hsad gab mieghu infern li lanqas il-mibieghda tinhema f'ruhu ma kienet tohlom li tfassal. Il-wahx fuq sider l-ghadu, u d-dubbien li fi tfulitu kellhom isem u familja wittewlu t-triq ghal-harba lejn Malta wara nofs ta'nhar imdemmi fuq il-front. Fuq din il-blata mishuta mill-bloggers Camara kien wiehed mill-ftit immigranti xxurtjati li sab impjieg uman, residenza decenti u sahansitra xbejba li thobbu. Ghajnejn Romeo jixghelu mal-hoss ta ismu.

"Tifel habrieki u tal-affari tieghu. Nittama li dak l-imbierek permess johorguhulu ghax jekk isib ruhu lura f-pajjizu ma jilhaqx jara lejl u zernieq" Wara din l-istqarrija umanitarja minn fomm wiehed mill-ftit anzjani "colourblind" li kelli x-xorti niltaqa maghhom kelli nassisti (ikolli nammetti minghajr ebda hjiel ta'dispjacir) ghal sessjoni ta struzzjoni storika li hadiditni mid-digriet ta'Abraham Lincoln (digriet li abolixxa l-iskjavitu fl-Istati Uniti) sal-Liberja li apparentement taf isimha lill-dawn l-istess skjavi li kienu moghtija art bhalha kumpens zghir ghal ingustizzji li batew. Il-Liberja: Art fejn l-eks-skjavi setghu ihossuhom hfief mit-tixkil tal-kawkasu. Jekk Romeo naqas li jkun korrett fid-dettalji tieghu nitlobkhom tigbduli l-attenzjoni ghax ninsab f'xifer l-ammirazzjoni. Wara l-lezzjoni, x-xwejjah hareg mill-komma xi kwistjoni li Camara kellu mar-ragel li jakkumpanja omm it-tfajla. Jigifieri dan l-ghafrid lanqas biss jigi misserha biex niftiehmu.

"Phu ghalih - Tkisser familja orrajt, imma li tfajla thobb ragel skur hekk le. Hekk inkorru. Ma jisthix minn Alla li halqu!"

Romeo. X'nista' nghid? Bellahtni. J'Alla fl-eta venerabbli tieghek nibqa' ingawdi mill-istess lucidita u kuxjenza socjali.

Fl-erbgha ta wara Nofs in-Nhar il-protagonist dahal ghal sehmu. Blata ta'madwar sitt piedi, tilheg wara gurnata xoghol maghmula mill-bajd tal-gniedes - Fuq spalltu, Kristu kien jibni knisja ferm ahjar minn dik li bena fuq Pietru. Waqt li kont mitluf nammirah taht iz-ziffa tal-arja kkundizzjonata ma stajtx ma nahsibx.

"Imma.....imma......kieku kellu jigi mibghut lura l-Liberja....tghid kieku jaghtuh cans isarraf cekk taht l-arja kkundizzjonata u l-barka ta' Abram?"