Friday, April 15, 2005

The light at the end of the tunnel

Ma kontx ser nohrog. Kelli gurnata tal-beati biex ma nsemmix il-fatt li r-relazzjonijiet bejni u bejn id-direzzjoni tal-istabbiliment sejrin mill-hazin ghal aghar. Ilsienu jieklu jtennu uhud. Arroganti jpespsu ohrajn. "Scruffy" sejjahli dak l-ghoxx imbellel!! Scruffy alla. Mur fehmu li anke mgezwer go xkora tal-gwiez nidher sebghin darba ahjar minnu. L-integrita....l-integrita. Kemm hi difficli zzommha meta tilbes il-kalzetti ta' mpjegat! Imma lili mhux ser jahxuni. Jistghu jippruvaw kemm iridu izda ruhi mhux ser inhallihom itebbghuha. Hemm minquxa fuq l-irhama irridha. M'hemmx ismijiet. Ma jezistux dati jew ismijiet ta'nies li hallejt jibku warajja. Kelma wahda biss ser tidher fuq qabarti. INTEGRU. Imbghad il-kontijiet inhallsuhom wara jekk Emanuel huwa komunist bizzejjed. Forsi hemm fuq.....il-boghod mid-dghjufijiet tal-gisem ...forsi hemm fuq il-holma hamra ssir realta.

Ma kontx hiereg izda x-xewqa li nara lill-Ghandi mitluf jidghi u jsawwat lill-proxxmu kienet wisq kbira. Ben Kingsley attur kbir. Minn Ghandi ghal Schindler's ghal House Of Sand and Fog ghal dimonju cockney f'Sexy Beast. Monument ta'versatilita Kingsley. Nitpaxxa narah. Grokk f'idi l-Misfits, mitluq fuq siggu nammira l-intensita tar-rectar tieghu u minn taht ngharrex lejn il-Franciza bil-qieghda quddiemi. Marie jekk ma jienx sejjer zball. Kienet kellmitni xi darba xi xahrejn ilu pero niddubita jekk ghadiex tiftakarni. U la m'ghadiex tiftakarni x'uzu ghandi nipprova nkellimha hux?

Xi s-siegha kont fil-Fiat. Xi samaritan kissirli l-mera tal-karozza. Inhraqt. M'ghandix aptit spejjez bhalissa. Startjajt u rhejtilha lura. Issarajt mas-cd player li kull ma jmur dejjem jaqta' lura. Illejla lanqas jixghel ma ried. Ian Mc Culloch ser ikollu jisket. Gbidt lejn ir-Regional u ghal xi raguni jew ohra ftakart li llejla kien hemm it-tieni leg tal-kwarti ta'finali tac-champions league. Ilni ma nara loghba ostja. Figgejt minn-naha l-ohra tat-tunnel u rajt id-dawl. Dawl qawwi li bilkemm taghni cans ninhasad li ma ntefiex. Harist lura. Ma rajt xejn. Harist quddiemi u nara tabella twissini "45". Sparajt ghajnejja fuq il-metre: "IL-ALLA!!! TLETIN LIRA GHAZ-ZOBB!!"

Thursday, April 07, 2005

Gemel

Ghajb ghalija.

Skorriet Gimgha u ma sibt xejn x'noffrilhkhom. Aghar minn hekk....ftit li xejn sibt hin nghidilkhom. Il-pressjoni tax-xoghol qieghda kull ma jmur tizdied pero ghallinqas id-direttur ftit li xejn qieghed ikun mas-saqajn. Bhalissa jinsab x'imkien fin-nofs in-nhar tal-Gzira jissorvelja s-sit li jitma rgulitu....filwaqt li l-habrieka spalla tieghu qieghda tahseb, u tahseb, u ma tistax tieqaf tahseb fuq ic-cirkumferenza ta' zaqq li ghelbet cinta u buttuna sabiex issir hotba. Qieghed inhoss gismi jitqal, jintefah, jimbotta u l-bierah fis-skiet tal-madmad tat-tlieta ta'filghodu smajtu jkellimni. Kellimni dwar pjacir, wegghat, tamiet u toghmiet - Kellimni dwar ix-xewqa ahharija tieghu li ilha teludih bi zbrixx ghal dawn l-ahhar sentejn - Ix-xewqa li jsir gemel.

Naqbad il-hotba f'idi u jahkmuni dwejjaq kbar. Jezisti sfog minghajr interessi? Jekk hemm irridkhom tghiduli u rridkhom tghiduli issa ghax it-Timpana u l-brodu bic-canga tax-xiha huma wisq tajbin sabiex nichadhom ghal hotba. Izda tonfoh f'widinti hemm il-vanita. Il-vanita li rari nammetti. Il-vanita li nahbiha taht id-drapp ta'tifel semplici tar-rahal li l-apparenzi ma jaghmlux bih....ghax fl-ahhar mill-ahhar il-midollun biss jghodd hux?

Mhux hekk tghid. Midollun biss zobbi.

Ghandi aptit immur l-Andrews ta'Psaila Street ghal hobza bil-bajd, zalzett u bacon. Il-hotba timbotta u l-vanita thezzez snienha u tigbed ghal ostja taghha.

Hemm bzonn nikkontrolla. Inhossni qieghed nikrieh u ma jistax ikun nibqa' sejjer hekk. Dieta stretta...u le forsi hekk wisq. Dieta...mmmmm......dieta RISTRETTA mela. Forsi l-cords li swieli Lm23 jerga jilqghani bi hgaru

Ghal darb'ohra nwieghdkhom izjed konkretezza, izjed introspezzjoni...izjed sugu.

Ostja kemm ghandi aptit platt ghagin biz-zalza tal-qarnit

Friday, April 01, 2005

Tard

Tard

ghal darb'ohra

Bhall dejjem

Tard

Hekk kif lestejt il-procedura semplici sabiex nonorakhom bil-hsibijiet futili tieghi ma stajtx ma ninnutax kif il-hwejjeg li l-izjed noghxa fihom lahquni tard.

Id-diskriminazzjoni kulinarja

Is-safar

Is-sess

Il-Letteratura

L-ilsien aciduz

Is-Smiths

u issa....gheziez qarrejja......

Il-Blog.

Il-Blogg TIEGHI

BLOGGTI

Din il-hafsa f'sorm id-dinja cibernetika. Univers kreat minn shabi s-sapiens (jiddispjacini izda "homo" seta kellha effetti dizastruzi ghal prospetti karnivori teighi) li minn dejjem stkerraht ghal ragunijiet li llum il-gurnata niblghhom filghodu u nahrahom filghaxija. Stajt elborajt fuq dan il-fatt pero m'ghandix aptit. Il-midollun jinteressani izjed mill-ghadam u l-midollun qieghed jinsisti ghal komplicita taghkhom sabiex inhosskhom izjed vicin tieghi issa li denb l-"ghadu" lahaq isserrep ma kuxxtejja.

Fuq x'hiex ser nibda? Issa la hrajt irridkhom ixxommu. Terry, il-kollega zaghzugh li janima dan l-ufficju kiebi li minnu ser inwasslilkhom il-karbiet teighi ghadu kif dahal mill-bieb b'ticrita f'halqu. Mid-dehra habat mal-kugina tad-direttur. Mid-dija li ghammxitni nista nobsor li fi kliem il-femministi Maltin: "Fiha daqqa tal-ostja". Skond l-istqarrija ta'Terry (kondoljanzi ghal ismu) sider ikellmek u sorm ta'Gesu Kristu. Dettal zghir kien ghoddu halla barra. Germaniza. Heh...Germaniza........ Il-kugina tad-direttur. Germaniza.

B'nofs dahka Terry staqsieni fejn qieghed Aldo (id-direttur) halli jikkongratulah ghal dan il-patrimonju genetiku. Patrimonju li biex inkun onest xejn ma kien hanin mal-factotum Aldo.

Ir-risposta tieghi kienet pronta: "Tikkongratulah? Boq.....Ma kontx naf li Aldo kellu l-wicc jahxi lill-zitu wkoll"

Il-kugina tad-direttur. Germaniza.

Il-Germanizi. L-istejjer ripetuti ta'nannuhi, li-bhall nannukhom nesa kollox minbarra t-tieni Gwerra Dinjija. Stejjer iduru madwar il-kobor tal-flotta tal-avvjazzjoni Ingliza. Miskin nannuhi. Alla jahfirlu. Wiccu kien jixghel hekk kif kien jipprova jispjegali kif l-Ispitfires inglizi kienu jithnu l-Measursmiths (zgur mhux hekk tinkiteb pero ser norbot fuq xi fonqla storika sabiex jikkoregini) b'manuvri ngenjuzi li hadd, inkluz dawk il-"puxtijiet Germanizi" ma seta' ghalihom.
Il-Germanizi. X'jirraprezentaw ghal nannuhi l-Germanizi? Aqwa minn hekk. X'jirraprezentaw il-Germanizi ghalija? X'inhi l-ewwel haga li nivvizwalizza?

Bomba esposta fis-sagristija tal-knisja tal-Mosta.

Adolf bil-mustacci Chaplineski tiehu.

Tim tal-futbol li qatt m'inti mistrieh li rbahtlu sakemm ir-"ruffjarin" isaffar.

Claudia Schiffer.

Miss Calleja mill-gamar tas-sekondarja. Haditli ghoxx kemm ghandi bl-importanza tal- "sch" fil-grammatika Germaniza.

.....kollu gideb sfaccat. Mhux qieghed inkun onest. Qieghed nitnejjek bija u fuq kollox bikhom il-bloggers shabi. Nitnejjek bikhom mhux ghax fl-affarijiet li ghadni kif semmejt hawn fuq ma hsibtx fihom, izda semplicemt ghaliex kelli niehu izjed minn tletin sekonda qabel bdejt nizzilthom.

Tletin sekonda. Tletin tingiza maghmula minn bewsa fuq l-isfond tar-Rhine taht sema hamrani li l-gmiel tieghu tfixkilt mas-salvazzjoni ta'ruhi. Tletin tingiza maghmula mix-xaghar dehbi li fiz-ziffa meqjusa ta'Mejju sab ruhu fuq f'ghajnejja. Tletin tingiza maghmula minn imnieher tal-kina maghfus ma haddejja. Tletin tingiza maghmula minn Gallerija f'Dortmund, flixkun Barolo, platt ghagin u vinyl tas-Smiths. Il-Mozzer. F'ghoxx kemm ghandu. Dejjem ragun kellu. Izda taht il-friex m'hemmx wisgha ghas-sovranita ta'lehnu. Issa li l-friex tkemmex, inhasel, tghadda, rega nfirex u thammeg minn Markus, Dieter u alla jaf min izjed...issa lehnu rega' lahaqni u kliemu regghu sammruni. Inbaxxi rasi u ghal darbohra naghtik ragun Mozz.

"You just haven't earned it yet baby. You just haven't earnt it son"

u harist lejn l-arlogg u ntbaht li ghal darbohra ninsab tard. Il-Break teighi suppost beda ghoxrin minuta ilu.

Ciao ghalikhom. Ha mmur nara nghallix dal-pakkett noodles.