Tuesday, August 30, 2005

Waddab Guz

Nhar l-Erbgha 7 ta' Settembru ser issir il-launch tas-cd tal-Lumiere - il-grupp li okkupali l-attivitajiet extra-kurrikulari ghal dawn l-ahhar hames snin.

"It seemed like a good idea at the time" (ghax hekk jismu s-cd) inhoss li huwa xoghol importanti hafna fi hdan ix-xena rock Maltija kemm fil-kontenut muzikali (li ghalkemm okkazjonalment ifalli il-mira xorta jibqa interessanti) u kemm fil-produzzjoni tieghu. "It seemed....." huwa album doppju rrekordjat u prodott minnha stess minghajr l-ebda ghajnuna finanzjarja. Lanqas sold. Iffinanzjajnih kollu minn butna f'mument kritiku meta l-ebda membru ma jaffordja impenn ta'din ix-xorta u issawwar kollu kemm hu bejn weekends, il-granet rari meta stajna niehdu l-leave, u wara l-hin tax-xoghol - imsakkrin go kamra li wara xahrejn saret reminixxenti tas-sala cinematografika fejn Howard Hughes kellu breakdown kbir (kif propost f'Aviator ta'Scorcese) sa hinijiet li mal-umanita xejn m'ghandhom x'jaqsmu. Din l-istqarrija tista tigi nterpretata bhala strategija makakka ghal fini ta'simpatija sabiex inbieghu izjed albums - u probabbilment fl-ahhar mill-ahhar hekk hi kollha kemm hi.

Nittama li min minnkhom ghandu minimament ghal qalbu x-xena muzikali Maltija jindenja ruhu jiccekkja (ghallinqas ghal darba f'hajtu) miz-zobb huma dawn il-Lumiere ftit qabel jisfaxxaw minhabba ragunijiet li m'huma taht il-kontroll ta'hadd. Il-prezz tad-dhul huwa Lm2 (Lm7 jekk fi hsiebkhom tixtru ic-cd ukoll) u b'wicci minn quddiem nghid li niswew kull centezmu li ser thallsu. Jekk xi hadd ghad jindenja jiddokumenta l-istorja tar-Rock Made In Malta, mhux ser niddejjaq nghid li ftit li xejn hemm kandidati li jistghu jikkompetulna ghal dak li hi genwinita, impenn, professjonalita, attitudni u ezebizzjonijiet.

Ghal darba.....halluni nixrobha.

Nittama li narakhom il-Poxx Bar (St.Julians) fis-7 ta' Settembru.

21 Comments:

At 11:47 AM, Blogger gybexi said...

tixrobha? ma tarax! il-bloggata kollha hi xarba itwal u iktar rinfrenskati minn naqra orzata fis-sajf... :p

jekk tpoggu naqra kampjuni (jew "sempils" kif nghidu bil-Malti) jew xi diska MP3 fuq is-sit ahjar... forsi, ma tafx kif, is-CD taghkom ikun wiehed mill-ewwel li nkun xtrajt dawn l-ahhar 4 snin...

 
At 12:26 PM, Blogger Sandro Zerafa said...

Kont nigi Mar kieku ghadni hemm...
Hanina madonna gejt narakhom il-beer festival Ta' Qali, ma nigix ghall-launching?

 
At 1:40 PM, Blogger Sandro Zerafa said...

Il-alla marju l-blogg tieghek sar qishu t-tank taz-zibel tal-bloggosfera. Dan l-ispam kollu hawn...ghamel xi haga..

 
At 2:42 PM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

kif nista' naghmel biex nehles mill-ispam?

Kurt: ibza ghal flusek. Ic-cd taghna mhux ser jghogbok - ghalkemm xorta ser nibghatlek xi samples (issa nipprova nitghallem kif taghmel biex tibghathom ghax jien hmar taz-zurbett f'dan il-qasam)

 
At 2:42 PM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

kif nista' naghmel biex nehles mill-ispam?

Kurt: ibza ghal flusek. Ic-cd taghna mhux ser jghogbok - ghalkemm xorta ser nibghatlek xi samples (issa nipprova nitghallem kif taghmel biex tibghathom ghax jien hmar taz-zurbett f'dan il-qasam)

 
At 3:52 PM, Blogger mistoqsija said...

Ghandikun tista' tactivateja (sorry tat-tkissir tal-lingwa) mis-settings tal-blogg stess, verification system. Insomma hafna bloggs qed jadottawha dan l-ahhar. Qabel ma' xi hadd jibghat messagg irid jikteb l-ittri li qed jara f'kaxxa. Allura b'hekk tista' taccerta ruhhek li kull min ser jibghatlek messagg hu uman u mhux magna tas-spam.

 
At 5:23 PM, Blogger Kenneth said...

Issibu fuq il-monti das-cd?

Qed nibilgħu f'sormi, ovvjament. Nara naqbiżx qabża s'hemm dakinhar, hekk jew b'hekk minix nieżel għall-Madonna festa.

 
At 4:29 AM, Blogger alex said...

hemm se nkun... u Lm7 ghad-dhul u album doppju offerta mill-aqwa...

 
At 12:21 AM, Blogger Guze' Stagno said...

Tnedija, Marju. TNEDIJA!

 
At 9:56 AM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

Grazzi Guz

diga hazzista fuq sidri
Ellul Mercer jista' jkompli jistrieh fil-paci.

 
At 7:00 AM, Blogger Lena said...

Nipprova nigi s'hemm..is-cd interessata nixtrih ukoll ghax kif ghedt fuq il-blog ta' mistoqsija bil-kemm naf min intom u issa qabditni l-kurzita'..

 
At 1:32 PM, Blogger Splengun said...

is-cd interessata nixtrih ukoll ghax kif ghedt fuq il-blog ta' mistoqsija bil-kemm naf min intom u issa qabditni l-kurzita'.....lena

Jghodd ghalija ukoll

 
At 2:12 PM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

ejjew u ixtruh ghax worth it izjed. Tkunu qieghdin sort of tiffrankaw Lm2 ghax l-entrance ghan night hija Lm2 filwaqt li entrance plus cd jiswew Lm7/ (cd wahdu xorta Lm7 ser ikun jiswa)

niggarantilkhom li tiehdu gost. Ser ikun Dj u anke xi finger food jekk iservini (ghax ahna stess ser naghmluhom - affarijiet zghar tafx li ma tmorrux tistennew xi Escargot jew xi haga :-) )

 
At 5:33 AM, Blogger mistoqsija said...

Ajma hey... :S Mhux ivvelenati hux? :P

 
At 11:32 PM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

Daqs ilsienek zgur li le hehe (isma min qieghed jitkellem naqtghek tghid)

 
At 4:27 AM, Blogger mistoqsija said...

Lanqas xejn mhu qed nghid hekk. Qed nghid biss kemm wiehed mhux kapaci jaccetta l-kritika ghal dik li hi u jhoss il-bzonn li jiskuzaha.
:P

 
At 12:50 PM, Blogger Arcibald said...

Mhu sa tikteb xejn dwar il-kuncerti li tajtu dan l-ahhar jew fil-blogg? Kont qed nistenna xi haga naqra ddettaljata jien, specjalment dwar il-launch Poxx Bar. Avolja ma kiltx mill-karawett u d-dips li kien hemm, sa nghidlek proset - ta' l-album il-gdid :)

 
At 8:46 AM, Blogger Kenneth said...

Il-blogg intemm mal-Lumière?

 
At 9:23 AM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

sfortunatament iva Kenneth.

ghaddej minn perjodu xejn felici u l-unika affariiet kostruttivi u li jaghtuni pjacir qieghed naghmilhom fil-ftit hin ta' wara x-xoghol. Ghaldaqstant kelli naghzel li naqta' xi affarijiet u l-blogg spicca fuq il-lista.

pero taghkhom ghadni narahom regolarment. ma jmurx jahrabli xi haga

 
At 10:33 AM, Blogger Kenneth said...

Jiddispjaċini li nisma' hekk imma int taf x'inhu l-aħjar. J'alla terġa' tfaqqas xi darba mhux wisq 'il bogħod.

 
At 4:58 AM, Blogger lisawillis9696 said...

I read over your blog, and i found it inquisitive, you may find My Blog interesting. My blog is just about my day to day life, as a park ranger. So please Click Here To Read My Blog

 

Post a Comment

<< Home