Tuesday, August 23, 2005

Shabi bhas- Shab

Bhal daz-zmien sena bdejt naqra l-ewwel kapitlu mill maestuz "Earthly Powers" ta' Anthony Burgess - ktieb li b'misthija kbira jkolli nistqarr li ghad ma rnexxielix nispicca. Ragunijiet hemm bosta izda t-tkarkir huwa primarjament dovut ghal fatt li l-ktieb kien moghti lili mill-unika mara li qatt habbejt. Ma niftahx pagna li ma ninhakimx mill-ispirtu ta'Awissu 2004. Forsi tghidu bejnkhom u bejn ruhkhom gejja xi bloggata ohra minn dawk sentimentali minsuga mill-lirika li mal-hajja milbusa xejn m'ghandha x'taqsam. Forsi ghandkhom ragun ukoll. Ma nafx. Naf biss li llejla ftakart fl-ewwel kapitlu ta' "Earthly Powers". Kapitlu memorabbli li fih, Kenneth Toomey (il-protagonist) jammetti li minkejja li z-zwieg tieghu mac-cinizmu sawwar fih hdura nkallata, minkejja dan, ceru kliem kien ghad fadlilhom is-setgha jroghdulu saqajh sa ma jnisslulu demgha. Ghal Toomey, il-kelma li tholl u torbot hija "Faithful". Fedelta.

Fi kliem Toomey/Burgess: "Faithful, Faithful" I was ready to weep again, the word was so loaded. I remembered poor Winston Churchill, who, at about my present age, would weep at words like "greatness". It was called emotional liability, a disease of the senile.

Illum gie f'idi ritratt mehud ftit tax-xhur ilu. Ritratt tieghi, xurban, Rothmans ahmar f'idi l-leminija waqt li bix-xellugija nidher inhaddan wiehed minn shabi. Shabi. Hemm hi kelma li bhal "faithful" ghal Toomey u "greatness" ghal Churchill ghadha kapaci taghsarli demgha mill-fdalijiet ta'qalbi. U niftakar. Niftakar fi zmien mhux daqstant imbieghed fejn is-semplici vuci taghhom offrietli farag, u dellhom kien il-wens kollu li xtaqt u li ridt f'hajjti. U l-fallimenti kollha li kelli u li ghad ikolli ma setghu qatt ihassruni. Ma setghu qatt ikaghbruni. Ma setghu qatt jinfduni. Ghax kelli lilhom. Ghax fi hdanhom qatt ma hassejt il-bzonn kiefer li nahbi. Qatt ma hassejt gheruq il-misthija jsammruni mal-art. U qatt ma importa dak li m'ghidtx. Ghax dak li m'ghidtx qajla seta' jholl ir-rabta li tant xtaqt tjassarni ghal kumplament ta'zmieni. Hassejt dak kollu li ruh konfuza setghet qatt titlob li thoss. Hassejtni maghdur u hassejt li l-moghdrija taghhom setghet taghmel minni bniedem ahjar. Bniedem inqas egoist. Bniedem inqas egocentriku. Bniedem twajjeb.

U llejla shabi bhas shab.

Is-shab li jaf jaghti miljun sfumatura lix-xemx u elf wicc lill-qamar. Is-shab li jaf meta ghandu jifrex dellu fuq l-istilel fiddiena u jinduna meta jasal il waqt li jikxifhom sabiex ipaxxik bi gmiel li fl-ebbusija ta'rasek iccahhadt minnu. Bhas shab........li anke fl-ehxen swidija huwa mifqugh bil-hajja.

Bhas shab.....li mat-tqanqila ta'ziffa, lebbet il-boghod b'heffa li toqol riglejja ma setghu qatt joholmu li jilhqu.

Jigu granet meta s-shab nahsbu tant vicin li kwazi kwazi nittanta nohrog idi u b'subghajja nmellsu........

Shabi. Hemm hi kelma li tnissilli certa dieqa u tqanqalli demgha.

4 Comments:

At 1:45 PM, Blogger Sandro Zerafa said...

Il-alla marju....dan xi aftermath ta' xi sensiela serati seedy dekadenti l-footloose? Zomm il-boghod minn hemm, ili nghidlek...
U btw, niskuza ruhi li dak in-nhar nehhejtlek il-Goldfrapp mill-istereo, biex tfajt 'l Djavan...ma nergax..

 
At 9:20 AM, Blogger emillugrukkbewlblilma said...

le le....

ghalkemm kollox jinstema pjuttost drammatiku naccertak li m'huwiex. Semplicement ghaddejt minn perjodu fejn hassejtni qieghed nohnoq lili nnifsi peress li ma kontx naghti cans insir naf lill-haddiehor. Fatt hu li kultant ikollok bzonn bidla u dak hu ezattament li ghamilt dan l-ahhar 3 gimghat. Il-problema hi li xorta jkollok bzonn tikkonnetja b'xi mod sabiex tigik il-hegga ghal bidla u sfortunatament jien ma tantx jien kompatibbli mac-cirku li jinkorpora Jens, Angel u bella kumpanija. Naf li huma nies orrajt hafna izda b'xi mod ghandhom xi haga li ddejjaqli zobbi. Ma joghgbunix. Biex tghaxxaq l'Alla kull darba li nara lill Francesca thuf fl-akkwati jkolli aptit nifqaghlha wiccha (u emminni ghandi r-ragunijiet tieghi u nigi alazobbi jekk haddiehor jahsibha mod iehor) Ghaldaqstant l-ahjar li noqghod pass lura. Jiddispjacini hafna li m'ergajtx rajtek qabel irritornajt Franza imma nsomma....il-Milied jew xi Festa ohra tasal.

P.S - Dakinhar tal-Party izjed milli l-bidla tas cd, il-haga li rritatni kienet l-attitudni ta' "Ejja ha nurukhom kif ghandkhom tiehdu pjacir " imbghad biex tghaxxaq l'Alla skoprejt li nbati b'averzjoni kbira ghal nisa li jorgazmaw immedjatament mal-ewwel nota ta'kanzunetta Latina. Fil-fatt jekk Alla jobghodni bizejjed m'ghandu jaghmel xejn hlief icappasni ma wahda minnhom.

Imma nsomma, kif ghidtlek. Xejn daqshekk drammatiku. Questione di gusti. Pjacir dejjem kelli bik u mija jibqaghli.

Nittama li tinsab tajjeb u li narak ma ndumx,

insellimlek.

P.S: Il Gofinho tghidx x'icafcaf bhalissa (gietu wahda tajba - wahda tajba u KIF!!!)

 
At 7:02 PM, Blogger Sandro Zerafa said...

Masrju bhalidssa l-erba tafilodu.
Nhobbha hafna s-sincerita u l-frankness tieghek.
L-isbah haga li ghandke.
Osma. tohodomx daqshekk bis-serjata l-affarijit.
Paranoia zejdsa mhemmx bzonna.
Ma rridx nidher vhala l-guru tal-hedonizmu maria madunna, l-ahhar haga li rid
Nirrispetta t-tastes tieghek etc
Mhemm xej gravi jekk ma toghgbokx il-muzikla latina.
Mintx lewwle wiehed.
Isma smajta tac-cetaceju u kuntent ghalih.
hutrrsy id-d hurray id-d hurray id-d
hurray-didi hurray id-d
inhobbok marju

 
At 7:04 PM, Blogger Sandro Zerafa said...

U ibza mic-cinizmu zejjed.

 

Post a Comment

<< Home