Tuesday, August 09, 2005

It-Tmiem ta'Monarkija

Il-Madunna Joe!!

Ara naqra. Isa..... igri huris barra t-tiqa. Il-madunna kemm hemm! It-triq invazuta.

Mar!! Mar!!

Ara uqghud ettent int u hierig!

Bhall-guvnott imsejjah ghal lieva, kontra qalbi fittixt l-armi ghal battalja. Il-flokk griz car tat-Tarkett li b'ghageb kbir izommni frisk f'dawn il-jiem ta'hedla, il-qalziet tal-linen imkemmex li ma jiflahx izjed ghal ezigenzi tieghi, bicca "sangwicc bit-tunn taz-zejt", tazza Orange li f'dan l-istagun jiehu post l-imqaddes te tal-iljun u l-baskett zghir li fih ingorr kollox minn siltiet letterarji improvvizzati sac-charger tal-mobile u is-cd tal-gurnata. Jien u infittex il-papocc taht is-sodda stajt nisma lill-missieri li issa inghaqad bi hgaru fit-tbarqim t'ommi. Xejn stramb kieku. F'dan il-mument sagrosant tal-gurnata, x-xjuh tieghi nilqaghhom bhall ma nilqa pillola tal-ugiegh taz-zaqq. Mario ftakar li trid thallas lill-mechanic, Mario itfa' ftit fwieha ghax tinten, Mario qaxxar dik id-daqna minn hemm ghax qisek bodbod. Izda dalghodu donnu li l-inkwizizzjoni harbet ghal btala. Imkahhlin mat-tieqa tas-salott sibt lill-ommi u missieri, halqhom miftuh jiccassaw il-barra - kien ilni ma narahom daqshekk vicin ta'xulxin. Sellimtilhom u terraqt lejn il-bieb ta' barra, Il-kurzita kilitni. Ridt niltaqa mal-fenomenu li dalghodu laqqa' l-igsma t'ommi u missieri fi profil li kien ilni ma nara xi sentejn.

"Attent min-nehel" nisma l-ommi tghid hekk kif griet mis-salott ghal kcina minn fejn l-ghaziz binha kien hiereg imnikket. Ostra ghadha hafifa ommi. Izjed minn nemes li kien irabbi missierha - In-Nannu Brakk - ragel sew li minnhom m'ghadhomx jaghmlu........u nizzi hajr lill-hanin Alla li fih ma nemminx, ommi ghandha hafna minnu.

Attent min-nehel? X'nehel huma? hekk kif ksirt haddejja ghal tbissima bikrija.

Hemm it-triq invazuta. Nehsib li harbu lill xi hadd ghax ghudni kif rajt wihid bil-bejta f'idu jippruva jigburum"

Ghajni miftuha ftaht il-bieb u l-erbgha, tlieta ta'Awissu ma baqax l-erbgha fost il-Gimgha.
L-erbgha tlieta t'Awissu rajt xena inkredibbli. Nahal mal-arblu tal-gvern, nahal fuq il-hwejjeg minxura, nahal mat-twieqi u nahal fuq is-soqfa tal-karozzi.....nahal......nahal....nahal....jittajru u jissabbtu qishom zerrieghha tal-gheneb mibzuqa minn halq kbir invizibbli. Ftakart fl-Egittu u l-ghaxar kastigi. Tghid ma jitfaccax xi hadd bid-demm tal-haruf halli jcallsu mal-bieb? .....mmmmm......imma dawk m'ghadhomx jigu mill-elezzjoni tas-86 l'hawn.

Is-sitwazzjoni kellha toghma apokalittika izda minn kliem iz-Zija Grace - li kienet kuragguza bizzejjed biex toqghod titpaxxa b'din ix-xena bibblika, ir-raguni kienet ohra. In-Nahla Regina hallietna. Ir-Renju ntilef.....u din ma kienet xejn ghajr dimostrazzjoni ta'luttu minn poplu mifni.
Ir-ragel fil-kappell tat-tiben resaq izjed vicin u gholla l-bejta f'idu. Mafkar xieraq ghall-biezla regina li b'ghaqal kbir mexxiet lill-haddiema taghha. U dawn tal-ahhar stejqru, u ntebhu li posthom kien hemm. M'hemm l-ebda tifkira isbah mit-tkattir tax-xoghol li l-mahbuba hakkiema kienet tqassam b'tant sengha. Il-hlewwa tal-ghasel tizboq il-mirra tat-telfa u wiehed wiehed u wahda wahda irritornaw lura lejn darhom, lura lejn xoghlhom, lura lejn dak kollu li ghamel minnhom Monarkija prosperuza u rispettata.

U min-nahal li rritornaw fil-kaxxa, qalbhom imnikkta izda spallithom wiesgha, hadt ezempju. B''wicc qalbieni u sider mimli startjajt il-Fiat u rhejtilha ghal Santa Venera.

Imbghad hsibt bejni u bejn ruhi - Imma dawn wara kollox......jaghmlu hajjithom jitbawzru ghal ghasel biex imbghad jigi xi poxt bil-kappell tat-tiben u jghasrilhom frott hidmiethom go vazett zghir li forsi jolqot iz-zewg liri. Phu ghar-regina.....phu ghal haddiema.

Gurnata kbira t-tlieta t'Awissu tas-sena elfejn u hamsa.

2 Comments:

At 12:18 PM, Blogger gybexi said...

tinkiteb fl-istorja nahlija din.

l-ewwel pjaga tan-nahal Luterani - l-inhala kontra l-insara

r-regina ghall-mewt - abbasso la monarchia!

 
At 12:14 PM, Blogger Splengun said...

Tghid ma jitfaccax xi hadd bid-demm tal-haruf halli jcallsu mal-bieb? .....mmmmm......imma dawk m'ghadhomx jigu mill-elezzjoni tas-86 l'hawn.

Nispera li taf li hafna qabel it-tmeninijiet, min ried jahdem ried ittra minghand professjonist, generalment qassis. Bis-salib ahmar fuqha, ma kontx issib tahdem, imkien. Kien jkollok iddabbar rasek lejn il-Libja bhal nannuwi Ninu, iehor minn dawk li bhalom ma ghadhomx isiru!

 

Post a Comment

<< Home