Saturday, June 04, 2005

Stefanie

Dalghodu irrealizzajt li ilna ma nisimghu lill-xulxin izjed minn xahar u nofs. Anke l-smses saru gholjin hafna.

Probabbli hemm xi hadd gdid.

Probabbli hija wisq ottimista

Zgur hemm xi hadd gdid.

Xi hadd li mhux ser joqghod isajjarlek meta tigi lura mkissra wara gurnata xoghol.
Xi hadd li ma jifhimx li meta tasal u tahrab dritt ghal kamra tal-banju jrid irazzan fommu ghax kellek gurnata hazina.
Xi hadd li ma jafx li thobb tigbed lejn ix-xellug tieghek meta torqod.
Xi hadd li ma jafx li ddur kemm iddur hwienet tal-hwejjeg xorta ser taqa' ghall-istess zewg kuluri. Vjola jew blu.
Xi hadd li ma jafx li int daqstant allergika ghat tewm u l-gdim tal-insetti.
Xi hadd li qatt m'hu ser jara l-gmiel t'ghajnejk jinfethu fis-sebgha ta' filghodu.
Xi hadd li qatt m'hu ser jaghraf is-seher ta'dik il-pyjama strixxi strixxi.
Xi hadd li jigi jitnejjek jekk joghgbokx Nick Cave jew le.
Xi hadd li ser jipprova jahxik minflok jiggusta haddejk ruxxana wara zewg tazzi nbid.
Xi hadd li JIFTAKAR GHELUQ SNINEK.

Skuzani....izda nsejt. Naf li f'Gunju ghax Gunju jahbat ezatt wara Mejju. Izda l-gurnata nsejtha........forsi l-gurnata ezatta mhux daqshekk importanti. Forsi wara kollox INT m'intix daqshekk importanti.

Naghraf li kollu ghalxejn

Izda ghadni nhobbok.

u ghadni nittama.....li x-xbieha li tant ftakart tintesa m'gheluq sninek.

Happy Birthday Stefanie.



4 Comments:

At 11:36 AM, Blogger Sandro Zerafa said...

Mario ostja. Mario. Ma kontx naf li int ukoll m'ghandikx x'taghmel u toqghod tkabar ghajnejk quddiem kompjuter...Qas ic-cetaceju siehbek li juza l-istess loki, banju u sink tieghi, ma ndenja ruhu jghidli bl-ezistenza tal-blogg tieghek.
Bilhaqq il-beritta kienet parti minn serje ta' atti assurdi li sehhew matul lejla gewwa Ateni fi Frar li ghadda wara 4 souvlaki, ammonti serji ta' birra u ouzo, u ddecidejt li l-beritta ta' Mauro, il-kuntrabaxxist li kont mieghu dak in-nhar, tixraqli. Ir-rizultat huwa li pjuttost le. Imma xorta xtaqt nimmortalizzah dak il-mument. L-ebda riferenza ghal Rimbaud, tinkwetax, l-ebda marda bohemiborgiza m'hi ha tbiddel l-iStalwart rabti li jien, hehe. U das-sajf nghamillek tagen cozze u xi qarnitata....

 
At 11:47 AM, Blogger gybexi said...

fejn huma idejk, nittien (eh, u biex qed taghmel funny face bhal dik - fejn hi l-id leminija taghha?!)

good luck Mario...

 
At 10:30 AM, Blogger alex said...

le le LE LE!!!!

 
At 11:09 AM, Blogger mjolk said...

..jien bhalek nahseb li erezija jaf jikteb, imma nahseb li int xejn inqas. bloggata li jmiss...illum forsi? :)

 

Post a Comment

<< Home