Friday, June 10, 2005

The Light at the end of the tunnel (part 2)

u dik ic-citazzjoni baqghet ma waslitx!!!!

izda qabel niddelirjaw b'din l-ahbar inutli hallini nirrakontalkom daqsxejn ta incident kurjuz.

Mela nkun rieqed is-Sibt li ghadda u nisma l-bieb ihabbat ghal habta tal-hdax (ta'filghodu). Kont qieghed inhossni iebes daqs iz-zonqor. Irragunajt li wisq probabbli kienet xi habiba t'ommi b'xi tqasqisa wisq inqas importanti mill-friex li kont imgezwer fih. Bqajt ma tniffistx u bdejt nghodd kemm ser idum biex jaqta' qalbu dan l-intruz/a.

Kien persistenti ghal Alla. Izjed min-nemus li jigu jigbru ghal fiera tal-festa.

Hekk kif wasalt fix-xifer li nigbed tnejn a la z-ziju Pawl nisma lill-Salvina tal-helu tghajjat:

"Hawn tal-pusta. Hawn tal-pusta!!!"

Kif smajt hekk tirt minn fuq is-saqqu, ilbist it-tlett kwarti tal-lejl ta'qabel, u bix-xaham joqmos fuq zaqqi irhejtilha ghal bieb ta'barra herqan li niffirma dik l-ittra rregistrata. fil-ftit sekondi li haditli l-girja minn kamarti ghal kuridur li jinfed Triq Vitale pruvajt nahseb min seta kien......Chiara l-Modeniza? Daniela t-Toriniza, Stefanie jew Petra (il-Germanizi) Fost babuljata internazzjonali ftaht il-bieb u tqanzaht biex inhares f'idejn il-pustier taht xemx tghammxek.

Minn gol-barzakka harget l-ittra ndurata bil-fantaziji tas-Sibt "filghodu"

Il-habib tieghi Ministeru Tat-Trasport Pubbliku rega' sejjahli.

Kellu bzonn ghaxar liri talli pparkjajt quddiem il-Kavallier ta' San Gakbu.

2 Comments:

At 1:17 PM, Blogger xwajten said...

Eeeeeehh sieheb! Ticpisa zebgha tonda bilkemm tidher ma l-art fit-telgha tas-Saqqajja r-Rabat qedin isejhula rawndebawt. Lm10 swietni sieheb ghax il-wardin jghidlek li trid iddur maghha!

 
At 8:47 AM, Blogger mistoqsija said...

Joghgobni l-mod kif tikteb. Prosit! Tassew!

 

Post a Comment

<< Home