Hobb l-ghajrek daqsxejn inqas milli thobb lilek inniffsek
Ir-riabilitazzjoni tas-Sur Mario ghodda waslet fi tmiema.
Wara zelqa fin-nixfa tal-imhabba passiggiera, l-harba mill-impjieg u t-tmiem tar-recording tal-"magnum opus" tal-Lumiere kien imiss lilhom. Snieni u xuxti - li ghal dawn l-ahhar sitt xhur kienu zdingati izjed minn novella ta'Burgess li suppost lestejt naqra s-sena l-ohra. Ghaldaqstant is-Sibt li ghadda ghamilt appuntament mal-hairdresser Awstraljana li xxejjer l-imqass fil-"basement" privat taghha xi zewg blokki l-boghod minn Triq Vitale. Ghadha helwa mnejjka. Minkejja b'dispjacir nnutajt li sormha donnu qabad t-triq li twasslek ghal warrani Malti, il-geddum kwadru a la Sophie Ellis Baxter ghadu jirbahni. Ghandi relazzjoni stramba hafna ma din il-proxxmu. Ghal xi raguni dejjem nispiccaw nifflertjaw bla misthija. Forsi l-fatt li hi taghtini attenzjoni ndividwali meta tqarwizli xaghri jghin. Xi xhur ilu sahansitra hrigna niehdu Pizza flimkien. Kien perjodu daqsxejn imcajpar ghall-Awstraljana. Kienet qieghdha thossha fgata mill-mahbub taghha li bejn trinka ghal 'conduit' u bozza tal-40W kien ta'spiss ihuf fl-akkwati taghha sabiex jaccerta ruhu li l-qrajjen ghadhom ma spuntawx. Niftakarni nispicca l-appartament taghha f'xi t-tlieta ta' filghodu. Niftakarha taghmilli bela' te verament hazina u l-kanal ta'sormha jsellimli hekk kif tbaxxiet sabiex tilhaq l-ahhar cd ta'Jennife Lopez li xtrat minn fuq il-Monti. "I'm still I'm still Jenny from the Block!!!" Mario kellu jpoggi t-tazza lura fuq il-mejda. Mario kellu jinza l-qmis "pinstriped" u jarmiha warajh fl-akkwati tal-lampshade. Mario kellu jahtafha minn dahra u jigbidha lejn il-kilba kkoncentrata fuq xuftejh u bnadi ohra. Mario kellu jaghmel dan u hafna affarijiet ohra. Mario xorob it-te f'nifs wiehed, sellmilha u HARAB jigri l'barra Minn dakinhar l'hawn qtajt xaghri xi hames darbiet ohra. Il-possibilta li wara l-Cappriciosa nippruvaw il-Margerita qatt ma regghet issemmiet. Il-haga hi li fil-hanut tax-xaghar din it-tfajla tiehu dimensjoni ohra. Kull mossa, moviment u kelma minn fommha donnhom huma mfassla sabiex janimaw gisem mitluq wara t-tbahrida tal-Gimgha filghaxija (l-appuntamenti ghal xaghri dejjem habtu s-Sibt filghodu ghal habta tal-ghaxra) Fuq sfond mibdul, il-hlewwa ma hallietx it-toghma mixtieqa.
Din id-darba qtajtu qasir u tlabtha tkarkar idejha izjed mis-soltu waqt il-hasil tax-xaghar. Is-swaba jahdmu fuq il-qurrieghha jaghtuni pjacir ta' baghal. Harist fil-mera u approvajt. Ergajt intbaht li wara kollox kont "tifel" pjuttost gustuz. L-ghajnejn johorgu izjed meta naqta' xaghri qasir u qabel nibda nixrobha ha naqta' fil-qasir u nghidilkhom li spiccajt nixxemmex il-Mistra fil-kumpanija prezzjuza ta'Anita. Kien hemm qrempucu jismu Owen mitluf jilghab b'huta li qabditlu ommu, ilventa izjed minn serduk tal-kina. Owen nesa l-ballun fil-bahar u l-mewg beda jigbdu helu helu l-barra. Anita harbet tghum warajh. Mario baqa jixxemmex u nnota li zaqqu bdiet tinhall mill bjuda izda mhux mir-roti. Anita giet lura flimkien mal-ballun. Owen kien ghadu "jilghab" mal-huta. Anita qalet xi haga u harbitli dahka. Rajt wiccha jinbidel f'harsa qarsa u widnejja xeghlu hekk kif staqsietni: "Isma....kemm ilek ma tahsel snienek?" Tliet xhur kont pront wegibt hekk kif ergajt kxifthom ghal encore. Intfajt ghal tuli fuq ix-xugaman u ntlaqt ghal bewsa taz-ziffa u c-cafcif tal-mewg. Qabel ghalaqt ghajnejja harist lejn il-ktieb ta'Burgess li ghal darb'ohra safa maghluq bil-marker mwahhal fuq pagna 125.
"Illejla nahsel hasla snieni ghidt bejni u bejn ruhi"


5 Comments:
istja vera qaltlek hekk? mela habiba ta' vera....
nahseb wara tlett xhur, wasal iz-zmien li turihom naqra il-barka t'Alla ta!
ao! fajie 'a mossa der kanguro...
capriciosa - daqt tidhol il-famigerata Pizza Maltija fl-istorja.
"innifsek" tinkiteb hekk :P
I like this blog though... very much so :D
iva iva naf
skuzawni ghal xi zbalji fil-grammatika. Il-problema hi li rari niccekkja dak li nikteb qabel nippublika.
Il-Pizza Maltija mhux li ddoqqli hafna Kurt. Ghandi dqsxejn ta' problema biz-zalzett Malti. Ma tantx jinzilli hlief meta jkun mgholli
Post a Comment
<< Home