Dwardu, l-imrietel u r-Rappers
Fi kliem il- moqziez president taghna, is-santita tieghu "Edward" Fenech Adami: "Il-Malti ghandu daqsxejn ta' krizi ta'identita"
L-ewwel impuls ihajrek taqbel ma din l-istqarrija, ovvja, skontata (biex nuza l-Maltjan li jifflagellawna bih l-istudenti tal-ligi)
U hekk kif ghoddni sturdejt mill-martellata ta' Dwardu, ftakart fir-rappers. L-uniku mizien li bih ghandha tikejjel l-identita Nazzjonali. Ir-Rappers li minn Detroit u Los Angeles xerrdu z-zerriegha (x'kumbinazzjoni hux!!!) taghhom fuq l-ghoxx niedi Ewropew sabiex issa nistghu ingawdu Rappers Parigini, Rappers min Nicosia, Rappers minn Liverpool (timmaginaw il-fish and chips tissostitwixxi l-Big Mac?), ohrajn minn Ruma (minn Gladjaturi ghal Rappers!! Fejn hu Darwin?) u sahansitra Rahal Gdid. Min hu dak il-falda li saq tractor u f'dadiegh anti-global inkaljah go l-ewwel Mc Donald's li sab? Ir-Rappers IGGLOBALIZZAWNA mhux l-ostja Happy Meals!!! Minn BMW sa Ford Fiesta sa Van tat-twelve passengers (tafu liema?) il- Black Eyed Peas ma jiehdux prigunieri. Ara "Don't Phunk With My Heart" aqalla.
Imghad ftakart ukoll fit-Taljani bil-glandoli jqattru ghal prezentaturi u zeffiena extra komunitari (basta ma ssemix Albanija) , l-ghajnejn ileqqu mal-hoss tal-lingwa Ingliza, l-imprenditur Ingliz sormu mimli bl-ahhar glekk ta' Versace u r-ristorant Taljan gdid li skopra fil-kwartieri ta' Leeds, Il-Parigini burgizi ossesjonati bil-Bongos, strumenti ritmici Afrikani u kull forma ta'dimostrazzjoni umanitarja li ttaffilhom mit-toqol tal-gheruq Burgizi taghhom. Il-Germanizi li nsew l-Iscnitzel Prima u fgaw fil-Kebabs Torok u f'accent Anglo-Amerikan tassew stramb.....imbghad hemm l-Ispanjoli imma dawk ghadhom joghxew bil-Corrida u l-Flamenco ghaldaqstant inhalluhom barra mis-somma ghalissa. Insomma......nahseb tlift il-fil ta' hsibijieti pero x'imkien ridt nishaq li minkejja t-tahlit tal-ingredjenti jafu joholqu froga jew babuljata, l-essenza xorta tibqa' ttoghma. Li ridt nghid fi ftit kliem huwa li ma nistax innizzel li l-Malti m'ghandux jew tilef l-identita tieghu meta anke jekk tkun trux u ghami, Malti xxommu minn seba mili l-boghod. Qatt ma kontu ghaddejjin Traflagar Square u smajtuhom. L-isturnell minn Birkirkara. Gol-irkejjen ta'Cologne....t-tellerit Xlukkajr. Ir-Ramblas ta'Barcellona.....ic-cawl mix-Xewkija. Kollha jistunaw flimkien, kullimkien fi shaba ta'caqciq li Thurston Moore ghad irid johlom li jivvinta.
Issa jekk intom skomdi bil-kwalitajiet li jidentifikawna dik bloggata ohra.
Izda din li l-Malti m'ghandux identita tistona daqs Rapper bla Choker.
F'gieh Alla Dward!!! Int li ghal meetings ikollok tattendi jmissek taf ahjar.
U ser nieqaf billi nipproponi li l-George Cross jitpartat ma flixkun Kinnie.
Fejn hu d-D halli jghid tieghu?
Kif naraha jien, id-dinja qieghda ssir hanzira wahda b'hafna ucuh.
Jekk tikkwotawni taf kemm nonfoh sidri!!


4 Comments:
hahaj, tajba.
qed niftakar xi haga simili "but not quite" - dak ic-cinema l-belt (insejt x'jismu) - meta bnewh bnew xebgha ristoranti tipici ta' fast food ... imma fast food amerikan - kien hemm it-tacos u xebgha affarijiet ohra biex tahsbek qieghed fuq il-linja tal-fruntiera bejn NY u NJ - kemm damu? Lanqas sena. Il-Malti ried l-affarijiet "tieghu" - f'kemm ili nghidlek sparixxa mr. tacos u l-merry men tieghu u gew tal-kebabs u n-naha l-ohra ta' l-ghagin.
Hawn Fatih, orrajt sabih? ghamilli naqra kebab bolognese...
Meta tahbat ma xi hadd go Londra u minn taht l-ilsien jibghatek tiehdu "g'exx ummak" tinduna kemm tlifnija nin! hehe
The best place I have found for chevrolet dallas is chevrolet dallas
i was searching for Dallas type blogs and came across yours. i'm in Dallas if you want to checkout my website
Post a Comment
<< Home